27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Ivo-Kermartin vs EUIPO – Ergo Versicherungsgruppe (ELGO)
(Kawża T-750/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ELGO - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewoprea ERGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Regola 69 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2016/C 232/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ivo Kermartin GmbH (Walzenhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ergo Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 473/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ergo Versicherungsgruppe AG u Ivo-Kermartin GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ivo-Kermartin GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 26, 26.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy