1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2015 – Hikari Miso vs UASI – Nishimoto Trading (Hikari)
(Kawża T-751/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hikari - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti HIKARI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 038/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hikari Miso Co. Ltd (Simosuwa-machi, il-Ġappun) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nishimoto Trading Co. Ltd (Santa Fe Springs, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Pritchard, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2394/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nishimoto Trading Co. Ltd u Hikari Miso Co. Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hikari Miso Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015
Full & Egal Universal Law Academy