26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2017 – Efler et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-754/14) (1)
([ “Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Sħubija Transatlantika fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Investimenti - Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv - Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni - Proposta ta’ att legali għall-finijiet tal-implementazzjoni tat-Trattati - Artikolu 11(4) TUE - Artikolu 2(1) u Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2017/C 202/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Michael Efler (Berlin, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness fis-sentenza (rappreżentant: B. Kempen, professur)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Laitenberger u H. Krämer, sussegwentement H. Krämer, u fl-aħħar nett H. Krämer u F. Erlbacher, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Stop TTIP”.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Europej intitolata “Stop TTIP” hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Michael Efler u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy