24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-755/14) (1)
((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relattivi għad-diskussjonijiet qabel l-adozzjoni tad-direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-opinjonijiet legali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”))
(2016/C 392/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, J. Herrmann u M. Veiga, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal xi dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad- Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Herbert Smith Freehills LLP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 26, 26.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy