6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-758/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Karti b’ċirkwit integrat - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Drittijiet tad-difiża - Ksur minħabba l-għan - Prova - Preskrizzjoni - Ksur uniku u kontinwat - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Valur tal-bejgħ”))
(2017/C 038/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, U. Soltész u P. Linsmeier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Dawes, J. Norris Usher u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Infineon Technologies AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy