4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta Frar 2016 – Consolidated Artists vs UASI – Body Cosmetics International (MANGO)
(Kawża T-761/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 118/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Consolidated Artists BV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Corne, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Body Cosmetics International GmbH (Willich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller-Mergenthaler, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fit-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2337/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Body Cosmetics International GmbH u Consolidated Artists BV.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Consolidated Artists BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy