28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Lulju 2017 – Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn vs CPVO – Artevos (Oksana)
(Kawża T-767/14) (1)
((Varjetajiet ta’ pjanti - Pprotezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ lanġas Oksana - Oġġezzjonijiet - Ċaħda tal-applikazzjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Rriġinalità ta’ varjetà li għaliha tkun saret applikazzjoni - Assenza ta’ prova”))
(2017/C 283/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Jonker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentant: F. Mattina, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Artevos GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, W. R. Kunze, avukati, u B. Schnell, solicitor)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO: Dachverband Kulturpflanzen- u Nutztiervielfalt eV (Bielefeld, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ A 007/2013), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ lanġas Oksana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn BV għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy