13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Fon Wireless vs EUIPO – Henniger (Neofon)
(Kawża T-777/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Neofon - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 211/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. von Groll-Schacht, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fon Wireless Ltd u Andreas Henniger.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.
3)
A. Henniger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 26, 26.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy