18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Marzu 2016 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)
(Kawża T-778/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Procedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja COYOTE UGLY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - skadenza tat-trade mark Komunitarja preċedenti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza tat-trade mark mhux irreġistrata - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Artikolu 8(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2016/C 136/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u C. Mackey, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1369/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lottuss Corp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ugly, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 26, 26.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy