2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – El Corte Inglés vs UASI – STD Tekstil (MOTORTOWN)
(Kawża T-785/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTORTOWN - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti M MOTOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 156/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: STD Tekstil Limited Sirketi (Istanbul, it-Turkija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1960/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn STD Tekstil Limited Sirketi u El Corte Inglés, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy