25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen vs EUIPO – Meissen Keramik (MEISSEN)
(Kawża T-789/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MEISSEN - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti MEISSEN, MEISSENER PORZELLAN, HAUS MEISSEN, Meissen u Meissener Porzellan - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv u reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 270/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meissen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meissen Keramik GmbH (Meissen) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u K. Gennen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2014 (Każijiet magħquda R 1182/2013-4 u R 1245/2013-4), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen u Meissen Keramik.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015
Full & Egal Universal Law Academy