5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2016 – Hassan vs Il-Kunsill
(Kawża T-790/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fuq id-dħul - Annullament ta’ atti preċedenti minn sentenza tal-Qorti Ġenerali - Atti ġodda li jinkludu isem ir-rikorrent fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2016/C 326/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Samir Hassan (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: L. Pettiti, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjono Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 59), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 9), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 82), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/828, tat-28 ta’ Mejju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 3), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba dawn l-atti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Samir Hassan huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy