2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2016 – Vanhalewyn vs SEAE
(Kawża T-792/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Persunal tal-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Tneħħija tal-allowance għal kundizzjonijiet tal-ħajja għall-persunal assenjat tal-Mauritius - Nuqqas ta’ adozzjoni tad-DĠI tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal”))
(2016/C 156/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Eric Vanhalewyn (Grand Baie, il-Mauritius) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-25 ta’ Settembru 2014, Osorio et vs SEAE (F-101/13, ĠabraSP, EU:F:2014:223), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-25 ta’ Settembru 2014, Osorio et vs SEAE (F-101/13), hija annullata, sa fejn tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Eric Vanhalewyn.
2)
Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali Amministrattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tad-19 ta’ Diċembru 2012, li tirrevedi l-ammont ta’ allowance għal kundizzjonijiet tal-ħajja (AKĦ) mogħtija lill-membri tal-persunal assenjati fil-pajjiżi terzi, hija annullata sa fejn hija tneħħi l-AKĦ prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali jew membri tal-persunal assenjati fil-Mauritius.
3)
L-SEAE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy