24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-796/14) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Interess pubbliku superjuri”])
(2016/C 392/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philip Morris (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 3142109, tal-24 ta’ Settembru 2014, sa fejn tirrifjuta lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, bl-eċċezzjoni tad-data personali emendata li tinsab fihom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Philip Morris Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy