29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – DenizBank vs Il-Kunsill
(Kawża T-798/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Inklużjoni tal-isem tal-entità li għandha l-kontroll tar-rikorrenti fil-lista ta’ entitajiet li fir-rigward tagħhom japplikaw miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Drittijiet Fundamentali - Proporzjonalità”))
(2018/C 392/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DenizBank A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: O. Jones, D. Heaton, barristers, R. Mattick, S. Utku, solicitors, u M. Lester, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Boelaert u A. de Elera-San Miguel Hurtado, sussegwentement minn S. Boelaert u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci, L. Havas u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 54), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 58), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2431 tal-21 ta’ Diċembru 2015 (ĠU 2015, L 334, p. 22), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1071 tal-1 ta’ Lulju 2016 (ĠU 2016, L 178, p. 21), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2315 tad-19 ta’ Diċembru 2016 (ĠU 2016, L 345, p. 65), u, it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014 tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 20), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DenizBank A.Ş. hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy