31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-800/14) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti redatti fl-ambitu tax-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-direttiva relatata mal-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-produzzjoni, tal-preżentazzjoni u tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti konnessi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”])
(2016/C 402/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u ntiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3388066, tad-29 ta’ Settembru 2014, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba, bl-eċċezzjoni tad-data personali modifikata inkluża fihom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Philip Morris Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy