13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Gervais Danone vs EUIPO – Mahou (B’lue)
(Kawża T-803/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B’lue - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BLU DE SAN MIGUEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 211/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie Gervais Danone (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Lakits-Josse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li daħlet fid-drittijiet ta’ San Miguel, Fabricas de Cerveza y Malta, SA, parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mahou, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez-López, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1382/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn San Miguel, Fabricas de Cerveza y Malta, SA u Compagnie Gervais Danone.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie Gervais Danone hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy