5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2016 – Ogrodnik vs EUIPO – Aviário Tropical (Tropical)
(Kawża T-804/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Tropical - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TROPICAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Estent tad-drittijiet tar-rikorrent skont id-dritt nazzjonali - Koeżistenza tat-trade marks - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2016/C 326/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tadeusz Ogrodnik (Chorzów, il-Polonja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Garrido Otaola, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aviário Tropical, SA (Loures, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1948/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aviário Tropical u M. Ogrodnik.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1948/2013-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Tadeusz Ogrodnik.
(1) ĠU C 65, 23.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy