20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – August Storck vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ippakkjar f’forma kwadra bajda u blu)
(Kawża T-806/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ppakkjar f’forma kwadra bajda u blu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 222/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr, T. Melchert u A.-C. Richter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 644/2014-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ppakkjar f’forma kwadra bajda u blu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy