6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-808/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Dmir ta’ diliġenza - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Sussidjarjetà - Dritt għall-informazzjoni”))
(2017/C 038/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Rubio González, sussegwentement A. Gavela Llopis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6846 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] implementata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha favur it-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni C(2015) 7193 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2015, li tikkoreġi ċerti żbalji li jinsabu fid-Deċiżjoni C(2014) 6846 finali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015
Full & Egal Universal Law Academy