3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Unilever vs EUIPO – Technopharma (Fair & Lovely)
(Kawża T-811/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Fair & Lovely - Trade marks nazzjonali u tal-Benelux verbali preċedenti FAIR & LOVELY - Deċiżjoni dwar ir-rikors - Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(ċ) u r-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Aspettattivi leġittimi - Abbuż ta’ poter - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”])
(2017/C 104/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unilever NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Fox, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Technopharma Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Scott, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1004/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technopharma u Unilever.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1004/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technopharma Ltd u Unilever NV, hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Unilever.
3)
Technopharma għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Unilever.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy