4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (REAL HAND COOKED)
(Kawża T-816/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REAL HAND COOKED - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti real QUALITY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ħażin ta’ poter - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 64, 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 118/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 842/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Tayto Group Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tayto Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 16.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy