2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2016 – Zoofachhandel Züpke et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-817/16) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika tas-saħħa - Ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur - Projbizzjoni ta’ importazzjoni fl-Unjoni ta’ għasafar selvaġġi maqbuda - Regolament (KE) Nru 318/2007 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 139/2013 - Ksur suffiċjentement serju tar-regoli tad-dritt li jagħtu drittijiet liċ-ċittadini - Nuqqas ta’ rikonoxximent manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali - Proporzjonalità - Dmir ta’ diliġenza - Artikoli 15 sa 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))
(2016/C 156/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zoofachhandel Züpke GmbH (Wesel, il-Ġermanja), Zoohaus Bürstadt, Helmut Ofenloch GmbH & Co. KG (Bürstadt, il-Ġermanja), Zoofachgeschäft – Vogelgroßhandel Import-Export Heinz Marche (Heinsberg, il-Ġermanja), Rita Bürgel (Uthleben, il-Ġermanja), u Norbert Kass (Altenbeken, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Correll, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u H. Kranenborg, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti sostnew, sa mill-1 ta’ Jannar 2010, minħabba l-adozzjoni ta’ projbizzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ għasafar selvaġġi maqbuda li tinsab, fl-ewwel lok, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007, tat-23 ta’ Marzu 2007, li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 84, p. 7), u, fit-tieni lok, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013, tas-7 ta’ Jannar 2013, li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zoofachhandel Züpke GmbH, Zoohaus Bürstadt, Helmut Ofenloch GmbH & Co. KG, Zoofachgeschäft – Vogelgroßhandel Import-Export Heinz Marche, Rita Bürgel u Norbert Kass huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy