28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Eveready Battery Company vs EUIPO – Hussain et (POWER EDGE)
(Kawża T-824/14) (1)
([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POWER EDGE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti EDGE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 441/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eveready Battery Company, Inc. (Saint-Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Garrido Otaola u M. Fischer, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Imran Hussain, Rizwana Hussain, Maariah Hussain, Danyaal Hussain u Zahra Hussain (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 38/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eveready Battery Company, minn naħa, u I. Hussain, R. Hussain, M. Hussain, D. Hussain u Z. Hussain, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eveready Battery Company, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy