24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settemrbu 2016 – Farahat vs Il-Kunsill
(Kawża T-830/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 392/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Farahat (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, agenti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 7), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Mohamed Farahat.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn M. Farahat.
(1) ĠU C 96, 23.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy