8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal–14 ta’ Novembru 2017 – Alfamicro vs Il–Kummissjoni
(Kawża T-831/14) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal- Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007 sa 2013) - Rapport ta’ awditu - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tal-ammonti mħallsa - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Adattament tat-talbiet fil-mori tal-kawża - Tpaċija tad-djun - Kontrotalba - Interessi moratorji”)
(2018/C 005/34)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. (Cascais, il–Portugall) (rappreżentanti: inizjalment G. Gentil Anastácio, D. Pirra Xarepe u L. Rodrigues Carvalho, sussegwentement G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u P. Guerra u Andrade, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn li l-Kummissjoni tallega li għandha fir-rigward tar-rikorrenti skont il-ftehim ta’ sussidju Nru 238882 relatat mal-finanzjament mill-Unjoni tal-proġett “Save Energy”, konkluż fil-kuntest tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 2006 (ĠU 2006, L 310, p. 15), u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża, essenzjalment, sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għar-rimbors tas-sussidju indebitament imħallas fil-kuntest tal-ftehim fuq imsemmi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ippreżentat minn Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda huwa miċħud.
2)
Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 277 849,93, miżjuda b’EUR 26,88 bħala interessi għal kull jum ta’ dewmien li jibdew jiddekorru mill-20 ta’ Ġunju 2015.
3)
Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy