5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2016 – Nutria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-832/14) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rifjut li jiġi estiż it-terminu għall-irtirar tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-programm ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni għas-sena 2010 - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi”))
(2016/C 326/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nutria AE Typopoiisis & Emporias Agrotikon Proïonton (Agios Konstantinos, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn M.-J. Jacquot, sussegwentement minn K. Makaronas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Guillem Carrau D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament subiet minħabba r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, li testendi t-terminu għall-irtirar tat-trab tal-ħalib xkumat stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2009, tad-19 ta’ Novembru 2009, li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2010 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 (ĠU L 306, p. 5).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nutria AE Typopoiisis & Emporias Agrotikon Proïonton għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy