21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2016 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming)
(Kawża T-842/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Slim legs by airpressure bodyforming - Reġistrazzjoni rrifjutata mill-eżaminatur - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 106/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Airpressure Bodyforming GmbH (Berchtesgaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Merz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Martini u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1570/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Slim legs by airpressure bodyforming bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Airpressure Bodyforming GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy