10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – GHC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-847/14) (1)
((“Ambjent - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra - Regolament (UE) Nru 517/2014 - Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi - Determinazzjoni ta’ valur ta’ referenza - Allokazzjoni ta’ kwoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Metodu ta’ kalkolu”))
(2015/C 262/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Lang, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 318, p. 28), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy