4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-851/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Slovakk ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni broadband - Aċċess minn impriżi terzi għan-‘netwerk lokali’ tal-operatur storiku f’dan is-suq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Ksur uniku u kontinwu - Kunċett ta’ ‘abbuż’ - Rifjut ta’ aċċess - Kompressjoni tal-marġni - Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni - Kriterju ta’ kompetitur daqstant effikaċi - Drittijiet tad-difiża - Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha - Influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha - Eżerċizzju effettiv - Oneru tal-prova - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))
(2019/C 82/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Slovak Telekom, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: D. Geradin, avukat, R. O’Donoghue, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn M. Farley, L. Malferrari u G. Koleva, sussegwentement minn M. Farley, M. Kellerbauer, L. Malferrari u C. Vollrath, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Slovanet, a.s. (Bratislava) (rappreżentant: P. Tisaj, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament, fl-intier tagħha jew parzjalment, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom), kif irrettifikata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 10119 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014, kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2484 finali tas-17 ta’ April 2015 u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom) huwa annullat sa fejn jikkonstata li, matul il-perijodu ta’ bejn it-12 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2005, Slovak Telekom a.s. applikat tariffi inġusti li ma jippermettux lil operatur daqstant effikaċi li jibbaża ruħu fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerks lokali b’aċċess separat li jirriproduċi s-servizzi bl-imnut offruti minn Slovak Telekom mingħajr ma jagħmel telf.
2)
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2014) 7465 finali huwa annullat sa fejn jistabbilixxi l-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Slovak Telekom fl-ammont ta’ EUR 38 883 000.
3)
L-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Slovak Telekom huwa stabbilit għal EUR 38 061 963.
4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
5)
Slovak Telekom għandha tbata erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha, erba’ min ħamsa mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż ta’ Slovanet, a.s.
6)
Il-Kummissjoni għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha u wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż sostnuti minn Slovak Telekom.
7)
Slovanet għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy