15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/63
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Mogyi vs UASI (Just crunch it...)
(Kawża T-9/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 315/106
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Mogyi Kft (Csávoly, l-Ungerija) (rappreżentant: Zs. J. Klauber, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Sipos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1922/2012-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Just crunch it... bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-konvenut huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.
(1) ĠU C 71, 08.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy