19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tannulla d-deċiżjoni tagħha dwar l-għoti ta’ deroga - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 016/63)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni C (2013) 7221 finali, tal-4 ta’ Novembru 2013, indirizzata lill-Ministru Ċek tal-Kummerċ u tal-Industrija u lid-Direttriċi tal-Uffiċċju Ċek li jirregola l-enerġija, abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea
(1) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy