2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Programm ‘European Creative Industries Alliance’ - Proġett ‘C I Factor’ intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxi l-finanzjament ta’ industriji kulturali u kreatttivi - Deċiżjoni li ttemm il-proġett - Att li jaqa’ fil-kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu - Inammissibbiltà”))
(2015/C 073/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, J. Estrada de Solà u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annullament, minn naħa, tad-“deċiżjoni impliċita ta’ data mhux magħrufa” tal-Kummissjoni ntiża li ttemm il-proġett “C-1 Factor SI2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011” u, konsegwentement, sabiex jintemm is-sussidju mogħti lill-konsorzju li r-rikorrenti jagħmlu parti minnu u, min-naħa l-oħra, id-“deċiżjoni espliċita li tikkonfermah” adottata fid-29 ta’ Novembru 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles; Stichting Cultuur – Ondernemen u Angel Capital Innovations Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy