12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Sales & Solutions vs UASI Wattline (WATTLINE)
(Kawża T-46/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 337/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wattline GmbH (Ruderting, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Flisek, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1668/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sales & Solutions GmbH u Wattline GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Sales & Solutions GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 15.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy