6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)
(Kawża T-73/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 221/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck, V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati, u I. Fowler, solicitor, sussegwentement A. Renck u I. Fowler)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Automobili Lamborghini SpA (Sant’Agata Bolognese, l-Italja) (rappreżentant: M. Hartmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1263/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjon ta’ invalidità bejn Automobili Lamborghini SpA u Red Bull GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014
Full & Egal Universal Law Academy