13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/9
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Awwissu 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)
(Kawża T-81/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 361/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energy Brands, Inc. (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u R. Allos, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Smart Wines GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Schwarz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2013 (Każ R 903/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Energy Brands, Inc. u Smart Wines GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti, il-konvenut u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 135, 05.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy