2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Programm ‘European Creative Industries Alliance’ - Proġett ‘C I Factor’intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxu l-finanzjament tal-industriji kulturali u kreattivi - Nota ta’ debitu - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu - Inammissibblità”))
(2015/C 073/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, J. Estrada de Solà u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-“deċiżjoni b’data mhux magħrufa, ifformalizzata fid-29 ta’ Novembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea” intiżi li titlob s-somma ta’ EUR 1 40 500,01 fil-kuntest tal-proġett “C I Factor SI2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011”, li toħroġ nota ta’ debit għal dan il-għan u li teżiġi, skont il-bżonn, is-solidarjetà ta’ membri oħrajn tal-konsorzju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles, Stichting Cultuur – Ondernemen u Angel Capital Innovations Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy