30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/23
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-103/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Alkoħol u spirti - Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))
2014/C 202/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walkerová u L. Armati, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 6261 finali, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/2005), implementata mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy