17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/44
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-103/14 R II)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Alkoħol u spirti - Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Assenza ta’ fatti ġodda - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))
2014/C 409/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P.-J. Loewenthal u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s., (ĠU 2014, L 176, p. 38), sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy