26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)
(Kawża T-125/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 026/42)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM), Inc. u PP Gappol Marzena Porczyńska.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hem lok li tingħata deċiżjoni.
2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn PP Gappol Marzena Porczyńska u minn Gap (ITM), Inc.
(1) ĠU C 142, 12.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy