2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Jannar 2015 – Freitas vs Il-Parlament u l-Kunsill
(Kawża T-185/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Direttiva 2013/55/UE - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Esklużjoni tan-nutara maħtura permezz ta’ att uffiċjali ta’ awtoritajiet pubbliċi mil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 073/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Freitas (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Tamás, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u M. Moore, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 354, p. 132).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħuda bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Portugiża, tar-Rumanija, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Ordem dos Notários u tal-kamra tal-avukati nazzjonali.
3)
José Freitas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy