8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/32
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Lulju 2014 – Deza vs ECHA
(Kawża T-189/14 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nruo1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-ECHA li jinkludu informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għal użu ta’ sustanza kimika - Deċiżjoni li terż jingħata l-aċċess għal dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])
2014/C 303/40
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: A. Iber, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ECHA, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tiżvela ċerta informazzjoni, ippreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura dwar it-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tas-sustanza kimika Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP).
Dispożittiv
1)
Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni AFA-C-0000004274-77-09/F tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-24 ta’ Jannar 2014, sa fejn hija tagħti lil terzi, taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għal verżjoni tar-rapport fuq is-sigurtà kimika u tal-analiżi tas-soluzzjonijiet ta’ sostituzzjoni tas-sustanza Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP), li hija iktar dettaljata mill-verżjoni li fiha dettalji mgħottija li tissemma fit-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji u li tidher fl-annessi A.4.5 u A.4.6 ta’ din it-talba, bl-eċċezzjoni, minn naħa, tal-informazzjoni li tirrigwarda l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanzi u, min-naħa l-oħra, ta’ informazzjoni li tirrigwarda speċifikament u esklużivament lil Arkema France, Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A. u Vinyloop Ferrara S.p.A.
2)
L-ECHA ġiet ordnata li tastjeni mill-tikkomunika:
—
ir-rapport fuq is-sigurtà kimika u tal-analiżi tas-soluzzjonijiet ta’ sostituzzjoni tas-sustanza Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP) previst fil-punt 1 tad-dispożittiv preżenti, f’verżjoni li tkun iktar dettaljata minn dik definita fl-imsemmi punt 1;
—
ir-rapporti fuq is-sigurtà kimika u tal-analiżi tas-soluzzjonijiet ta’ sostituzzjoni tas-sustanza Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP) ippreżentati minn Arkema France, Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn u Vinyloop Ferrara u li huma s-suġġett tad-deċiżjonijiet AFA-C-0000004280-84-09/F, AFA-C-0000004275-75-09/F u AFA-C-0000004151-87-08/F tal-ECHA tal-24 ta’ Jannar 2014, sa fejn dawn id-dokumenti huma identiċi għal dawk protetti b’mod konformi mal-punt 1 tad-dispożittiv preżenti.
3)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy