16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/20
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2015/C 056/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Teerlinck u P. de Bandt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u L. Cappelletti, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji ntiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet l-offerta li ppreżentat ir-rikorrenti wara sejħa għal offerti għal kuntratt relatat mal-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni, u li attribwiet dan il-kuntratt lil kumpannija oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Jannar 2014, li biha din tal-aħħar ċaħdet l-offerta li Vanbreda Risk & Benefits ippreżentat wara sejħa għall-offerti għal kuntratt relatat mal-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni u tat l-imsemmi kuntratt lil kumpannija oħra hija sospiża sa fejn tikkonċerna l-attribuzzjoni tal-lott Nru 1.
2)
L-effetti tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2014 jibqgħu sal-iskadenza tat-terminu ta’ appell kontra dan id-digriet.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy