19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/14) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Spejjeż”))
(2016/C 475/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Teerlinck u P. de Bandt, sussegwentement minn P. Teerlinck, P. de Bandt u R. Gherghinaru, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u L. Cappelletti, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2013/062/591, dwar l-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni (ĠU 2013/S 155-269617), kif ukoll tat dan il-lott lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Vanbreda Risk & Benefits, sostnuti fil-proċeduri fil-kawża prinċipali u fil-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 159, 26.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy