1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/53
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-215/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Adattament tat-talbiet - Rikors parallel kontra d-deċiżjoni l-ġdida - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 038/69)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz u K. Gruszecka-Spychała, avukati), u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (Gdynia) (rappreżentanti: inizjalment T. Koncewicz u K. Gruszecka-Spychała, sussegwentement P. Rosiak, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/883/UE, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU L 357, p. 51) kif ukoll, sussegwentement, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (eks 13/NN u eks 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU L 250, p. 165), li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/883.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. għal dak li jirrigwarda l-proċedura prinċipali.
3)
Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 175, 10.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy