13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/10
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-217/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Infrastrutturi ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
2014/C 361/12
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gmina Kosakowo (il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 759 finali, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA. 35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N) – Il Polonja – Rikonverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy