27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)
(Kawża T-233/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEXTCARD - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 138/67)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2014 (Każ R 1807/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali NEXTCARD bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy