20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – EGBA u RGA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Logħob tal-azzard - Għajnuna ppjanata minn Franza favur il-kumpaniji tat-tlielaq - Taxxa parafiskali miġbura fuq it-tlielaq taż-żwiemel f’Pariġi online - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))
(2016/C 222/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) u The Remote Gambling Association (RGA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S.-P. Brankin, solicitor, T. De Meese, E. Wijckmans u M. Mudrony, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Bousin, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/19/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA. 30753 (C 34/10) (ex N 140/10) li Franza biħsiebha timplimenta għall-kumpaniji tat-tiġrijiet taż-żwiemel (ĠU 2014, L 14, p. 17).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Gaming and Betting Association (EGBA) u The Remote Gambling Association (RGA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 212, 7.7.2014
Full & Egal Universal Law Academy