29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u żewġ Stati Membri dwar l-implementazzjoni ta’ pjan nazzjonali tranżitorju (PNT) skont id-Direttiva 2010/75/UE - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talbiet ġodda - Inammissibbiltà”])
(2015/C 213/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Stothers, solicitor, M. Van Kerckhove u C. Simphal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti maħruġa mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tal-European Environmental Bureau (EEB) għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Frar 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti maħruġa mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka.
2)
It-talbiet għad-danni magħmula mill-EEB huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-EEB.
(1) ĠU C 194, 24.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy