16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill
(Kawża T-277/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar tal-fondi - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Talba għal aċċess għall-provi kkunsidrati mill-Kunsill kontra persuna fiżika li kienet is-suġġett ta’ dawn il-miżuri - Aċċess mogħti mill-Kunsill - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 056/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, J.-P. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Elera u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż biex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kunsill sa fejn dan astjena illegalment milli jieħu azzjoni wara t-talba mir-rikorrent biex jaċċedi għall-fajl li fih il-provi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill biex jordna l-iffriżar tal-assi tiegħu fl-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 24.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy